Luqa St Andrew’s u Floriana kisbu tliet punti importanti fil-Fuel 10K Under 16 Futsal League meta rebħu l-logħbiet rispettivi tagħhom.
Floriana rebħu lil Sliema Wanderers 2-1 f’logħba ferm bilanċjata.
Jamie Lewis u Salvatore Agius fetħu vantaġġ doppju għal Floriana sabiex Sliema naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Thomas Scerri.
F’logħba oħra interessanti, Luqa St Andrew’s għelbu lil Marsaxlokk 4-2.
Zean Spagnol poġġa lil Luqa minn fuq sabiex awtogowl ta’ Zion Azzopardi ġab l-iskor indaqs għal Marsaxlokk. Lyon Testa u Jerome Grech reġgħu fetħu vantaġġ doppju għal Luqa b’Marsaxlokk li reġgħu skorjaw minn Liam Galea. Wayne Debono skorja r-raba’ u l-aħħar gowl għal Luqa sabiex issiġġilla r-rebħa tat-tim tiegħu.