Luxol St Andrew’s ġew eliminati mill-UEFA Futsal Champions League wara li tilfu l-aħħar logħba tagħhom ta’ grupp 7 kontra t-tim ospitu ta’ Lucenec 3-2.
Kienet logħba ferm akkanita u missielta bis-Slovakki li dejjem kienu minn fuq iżda biċ-champions Maltin li dejjem żammew il-pass magħhom. Meta l-iskor kien 3-2, Luxol attakkaw kemm felħu fejn saħansitra ħarġu bil-flying keeper iżda d-difiża Slovakka żammew sod sabiex kienu huma li għaddew għal mal-aħħar 16 tal-kompetizzjoni.
Marek Belanik poġġa lil Lucenec minn fuq sabiex Celino Alves ġab id-draw għal Luxol.
Marcilio għamilhom 2-1 għas-Slovakki qabel tmiem l-ewwel taqsima Vitinho skorja l-gowl tat-2-2. Lucenec skorjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa permezz ta’ Robert Gresko.
Lejn l-aħħar Luxol kienu mċaħħda minn dak li deher bħala penalty ċar meta Rafael waqqa’ lil Celino Alves fl-ark difiż minn Lucenec iżda r-referees ħallew il-logħob għaddej.
F’logħba oħra mill-istess grupp, Akaa tal-Finlandja għelbu lil Georgians Tbilisi 3-1.
KLASSIFIKA FINALI – GRUPP 7
Lucenec 9, Luxol 9, Akaa 3, Georgians Tbilisi 0