Sunday, December 22, 2024

Futsal: Luxol fit-tieni post tal-klassifika

Aqra wkoll

Iċ-champions tal-futsal lokali Luxol St Andrew’s telgħu fit-tieni post tal-klassifika, żewġ punti taħt il-leaders University of Malta ACJ Group meta ftit sabu diffikulta’ sabiex għelbu lis-selezzjoni Maltija ta’ taħt it-18-il sena 14-1 fl-unika logħba li kellna mill-Enemed Futsal League.

Kif jindika l-iskor, it-tim immexxi minn Gabriel Dobre iddomina l-logħba mill-bidu sal-aħħar biż-żgħażagħ Maltin li sabuha ferm diffiċli jrażżnu l-furja tal-avversarji.

Andre Ciancio kien l-aqwa skorer tal-ġurnata għal Luxol meta skorja tripletta filwaqt li kien hemm doppjetti ta’ Andy Mangion u Marwan Telisi. Matthew Attard, Mark Zammit, Celino Alves, Victor Dias Oliveira, Luke Gatt u Robert Stoyanov għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.

Is-selezzjoni Maltija skorjat l-uniku gowl tagħha permezz ta’ Samuel Christoph Abela.

Referees kienu Marco Orazio La Rosa u Arling Subashi.

KLASSIFIKA – ENEMED FUTSAL LEAGUE

University of Malta ACJ Group 18, Luxol St Andrew’s 16, ŻRQ Bormla 13, Swieqi United FC Futsal 12, Ta’ Xbiex Futsal Izola Bank , Birżebbuġa St Peter’s 9, Selezzjoni Maltija U19 4, Selezzjoni Maltija U18 3, Sliema Wanderers FC Futsal 2, Marsaskala Futsal 1, Gżira United Santa Margherita 0

Ekonomija

Sport