Sunday, December 22, 2024

Futsal: Luxol ikomplu jibbrillaw wara rebħa komda kontra Akaa

Aqra wkoll

Luxol St Andrew’s rebħu t-tieni partita tagħhom ta’ grupp 7 fir-round ewlieni tal-UEFA Futsal Champions League meta għelbu lill-Finlandiżi ta’ Akaa bl-iskor ta’ 4-1.

Wara li l-ewwel taqsima ntemmet fi draw ta’ mingħajr gowls, Luxol ħarġu tajjeb fit-tieni taqsima u marru minn fuq fit-22 minuta permezz ta’ Emil Raducu sabiex erba’ minuti wara Everton Veve għamilhom 2-0.

Akaa naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Tero Intala fis-27 minuta iżda t-tim Malti ftit kien impressjonat minn dan il-gowl tant li żied tnejn oħra mill-plejer il-ġdid tagħhom Brażiljan Lucas da Conceicao bejn il-31 u t-33 minuta.

B’hekk, Luxol għandhom fl-ewwel post tal-klassifika b’sitt punti minn żewġ logħbiet daqs it-tim ospitu Lucenec tas-Slovakkja. Dawn tal-aħħar għelbu lil Georgians Tbilisi 1-0 bil-gowl rebbieħ jiġi skorjat minn Marcilio.

Ir-rebħ tal-grupp jiġi deċiż nhar is-Sibt li ġej meta Luxol jilagħbu proprju kontra Lucenec fi Sportova Arena fis-7pm.

Ekonomija

Sport