Iċ-champions Luxol xejn ma sabuha faċli sabiex jieħdu t-tliet punti fil-partita tagħhom mill-Enemed Futsal League kontra St Georges. It-tim minn St Andrews rebħu 4-2 bit-tim mill-Kottonera li dejjem kien fil-partita.
Andy Mangion, Marwan Telisi, Luke Gatt u Andre Ciancio skorjaw għal Luxol b’St George’s li skorjaw b’awtogowl ta’ Andy Mangion u Karl Luke Schembri.
Swieqi United iddominaw il-konfront tagħhom kontra Fgura United tant li rebħu bl-iskor kbir ta’ 10-1.
Ryan Muscat, Michael Borg, u Dylan Pace skorjaw doppjetta kull wieħed b’Rodney Debono, Emerson Molina, Dylan Pirotta u Justin Theuma li wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.
Deork Portelli kien naqqas l-iskor għal Fgura.
L-Universita’ ta’ Malta kisbu rebħa tajba ta’ 5-3 kontra Żurrieq Futsal.
L-Universitarji stabilixxew vantaġġ tajjeb fl-ewwel parti tal-logħba b’Żurrieq li wettqu reazzjoni li iżda kienet tard wisq.
Mohammed Elamari skorja doppjetta filwaqt li Cleavon Portelli, Shataizan Zarb u awtogowl ta’ Dale Vella komplew żiedu l-iskor għar-rebbieħa.
Javier Montes Burgos, Boicho Marev u awtogowl ta’ Mohammed Elamari irrispondew għal Żurrieq.
Ta’ Xbiex Futsal kellhom logħba ferm pożittiva kontra Marsaskala tant li rebħulhom 13-5.
Dylan Musu seraq ix-xena meta skorja poker, Zvezdan Vukovic u Karl Sciortino kienu awturi ta’ tripletta, Stefi Cale skorja doppjetta filwaqt li Redeemer Borg żied ieħor għal Ta’ Xbiex.
Ir-risposta ta’ Marsaskala waslet permezz ta’ doppjetti ta’ Owen Borg u Craig Pickard u gowl ieħor ta’ Jean Leite Lopes.
Finalment it-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena kiseb l-ewwel rebħa tiegħu f’dan il-kampjonat meta f’logħba ferm sabiħa għeleb lil Malta Veterans 5-4.
Deyan Pace u Collin Sammut skorjaw doppjetta kull wieħed b’Kieran Debono li żied ieħor għaż-żgħażagħ Maltin.
Noel Bray skorja tripletta bil-captain Paul Bugeja jżid ieħor għall-Veterani.