Iċ-champions Luxol St Andrew’s jinsabu waħedhom fl-ewwel post tal-klassifika tal-Enemed Futsal League wara li għelbu lis-selezzjoni Maltija ta’ taħt is-17-il sena 18-0.
it-tim immexxi minn Gabriel Dobre iddomina din il-partita fejn kellhom lil Luke Gatt awtur ta’ erba’ gowls. Jefferson Breno u Maicon skorjaw tliet gowls filwaqt li ż-żagħżugħ Nathan Cope skorja doppjetta. Jhon Castro Pulido, Emil Raducu, Victor Oliveira Dias, Mark Zammit u Andy Mangion għaqqdu l-iskor għat-tim minn St Andrew’s.
Referees kienu Clinton Cassar u Sara Kankaras.
Ta’ Xbiex żammew it-tieni post tal-klassifika wara li rebħu d-dwell kontra University of Malta 6-3.
Wara li kienu gowl minn taħt, it-tim minn Ta’ Xbiex wettqu reazzjoni sa ma dawru l-iskor favurihom u eventwalment rebħu l-logħba.
Redeemer Borg skorja doppjetta għal Ta’ Xbiex filwaqt li Giancarlo Sammut, Juan Bautista Conde, Sebastian Obando u Matthew Buhagiar komplew żiedu l-iskor għat-tim tagħhom.
Andre Cachia, Luke Anthony Borg u Mohamed Elamari kienu l-awturi tal-gowls għall-Universitarji.
Referees kienu Clinton Cassar u Marco Orazio La Rosa.
Ħamrun SC NCMB kisbu r-raba’ rebħa staġjonali wara li għelbu lil GZR Birżebbuġa 4-3. il-Ħamruniżi kienu dejjem fil-vantaġġ iżda t-tim minn Birżebbuġa dejjem baqa’ fil-logħba sal-aħħar.
Hamza Harrat, Collin Sammut, Gia Nikvashvili u Dale Vella skorjaw il-gowls tal-Ħamruniżi filwaqt li GZR Birżebbuġa sabu x-xibka permezz ta’ doppjetta ta’ Armando Gjepali u Nikola Milenkoski.
Referees kienu Andrea Naudi u Marco Orazio La Rosa.
KLASSIFIKA – ENEMED FUTSAL LEAGUE
Luxol St Andrew’s 21, Ta’ Xbiex 18, Marsaskala Legends, Swieqi United 13, University of Malta, Ħamrun SC NCMB 12, Selezzjoni Maltija U19 6, Gżr Birżebbuġa St Peter’s Futsal 3, Selezzjoni Maltija U17 0