Iċ-champions tal-futsal Luxol St Andrews rebħu l-ewwel unur tal-istaġun meta fil-finali tas-Super Cup għelbu lill-Universita’ ta’ Malta 11-1.
Din kienet partita bejn it-tim li rebaħ il-kampjonat kontra r-rebbieħa tal-kompetizzjoni Knock-Out.
It-tim minn St Andrews sab ruħu gowl minn taħt iżda fi ftit ħin għarfu jdawwru r-riżultat favur tagħhom apparti li rnexxielhom jiddominaw it-tieni taqsima sabiex ħarġu bl-ewwel tazza tal-istaġun.
Kienu l-Universita’ li marru minn fuq permezz ta’ Stefan Camilleri.
Luxol wettqu reazzjoni u dawwru l-iskor favurihom permezz ta’ doppjetti ta’ Andy Mangion, Mark Zammit u Maicon da Silva Gaiewski. Everton Veve, Luke Gatt, Celino Alves, Matthew Attard u Marwan Telisi wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.
Fi tmiem il-konfront il-president tal-FMA Mark Borg ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Luxol Mark Zammit.