Barcelona se jkun wieħed mit-timijiet li ġej Malta fl-aħħar ġimgħa ta’ Ottubru sabiex jieħu sehem fi grupp C tar-rawnd ewlieni tal-UEFA Futsal Champions Leauge.
Se jkunu Luxol St Andrews li se jirrappreżentaw lil Malta fit-turnament li se jsir f’pajjiżna stess bejn l-25 u t-30 t’Ottubru 2022 bil-logħob li se jintlagħab fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport.
Flimkien ma’ Luxol u Barcelona hemm ukoll ZVV Hovocubo tal-Olanda u Futsal Dobovec tas-Slovenja.