Thursday, April 10, 2025

Futsal: Malta ssofri l-ħames telfa konsekuttiva kontra l-Finlandja

Aqra wkoll

Malta tilfu l-ħames partita tar-round ewlieni tal-kampjonat Ewropew tal-Futsal meta, fl-Energia Arena, f’Vantaa, huma ġew megħluba mill-Finlandja bl-iskor ta’ 7-0.

Malta ħarġu tajjeb u fil-ħames minuta, kien Michael Borg li ta xutt mid-distanza li l-goalkeeper Savolainen laqa’ tajjeb għall-corner.

Fit-tmien minuta, kien Maicon għal Malta li kellu x-xutt tiegħu li jispiċċa barra.

Minkejja kollox, kienu l-Finlandiżi li marru minn fuq meta kien Jukka Kytola li qassam tajjeb lejn Vesa Lilja li fil-pront xeħet ġewwa.

Fil-11-il minuta kien il-player żagħżugħ, Nathan Cope, li kellu x-xutt tiegħu milqugħ tajjeb mill-goalkeeper Kangas.

Il-Finlandiżi bdew iżidu fl-attakki tagħhom u Jukka Kytola kellu żewġ tentattivi fejn wieħed minnhom spiċċa barra filwaqt li fl-ieħor sab  lill-goalkeeper, Clint Mifsud, attent.

12-il sekonda qabel tmiem l-ewwel taqsima, kien Nathan Cope li salva tajjeb minn fuq il-linja xutt ta’ Lintula Lassi.

L-ewwel taqsima għalqet 1-0 għall-Finlandja.

Wara l-mistrieħ, il-Finlandiżi ħarġu ferm aggressivi u skorjaw it-tieni goal wara biss 30 sekonda permezz ta’ Liro Vanha wara pass ta’ Eric Sylla.

Immedjatament wara, kien hemm reazzjoni Maltija fejn kien Marwan Telisi li kellu x-xutt mill-viċin tiegħu milqugħ minn Kangas.

Fil-25 minuta, kien Luke Gatt li għal ftit ma skorjax iżda x-xutt tiegħu jgħaddi ftit barra.

Fid-29 minuta kien Eric Sylla li għal ftit ma skorjax it-tielet goal iżda mill-viċin xeħet ftit barra.

Fit-30 minuta, il-Finlandiżi skorjaw it-tielet goal fejn kien Henri Alamikotervo li b’xutt b’saħħtu għeleb lil Mifsud.

Il-Maltin dehru konfużi u pront sofrew r-raba’ goal wara li Vanha għadda lejn Lassi Lintula li pront xeħet ġewwa.

Minuta wara, kien Aleksi Pirttijoki li wara kontrattakk veloċi b’xutt fil-baxx għeleb għall-ħames darba lil Mifsud.

Hekk kif Malta ħarġu bil-flying keeper, kien il-goalkeeper Juha Saavolainen li ħa vantaġġ mil-lasta vojta u b’xutt mid-distanza għaqqad is-sitt goals.

Fl-aħħar minuta, kien Eric Sylla li ssiġġilla r-rebħa  wara cross ta’ Vanha.

Malta issa tilgħab l-aħħar partita tagħha nhar l-Erbgħa li ġej kontra l-Belarus, logħba li tibda fis-7.00 pm, fil-Padiljun tal-Universitá, f’Tal-Qroqq.

Finlandja: Savolainen (GK), Sylla, T. Intala,13 Korpela, 19 Vanha, Kangas (GK), Alamikkotervo, J. Kytölä (C), Paappanen, Lintula, Vuohtoniemi, Pirttijoki, Lilja, Pulkkinen

Coach- Sergio Gargalli.

Malta: Mifsud (GK), C. Alves, Maikinho, Telisi, Mangion, Adami (GK), M. Borg, Briscoe Pace, G. Sammut, Zammit (C), Gatt, Cope, Schembri, Louati.

Coach – Gabriel Dobre

Referee 1 – Besar Beqiri

Referee 2 – Besart Ismajli

Referee 3 – Florentina Kallaba

Time-Keeper – Janne Maataanen

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport