St George’s Futsal kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fl-Enemed Futsal League għalkemm xejn ma sabuha faċli kontra t-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena meta rebħu bl-iskor ta’ 4-3.
Il-Bormliżi dejjem kienu fil-vantaġġ f’dan il-konfront iżda sabu liż-żgħażagħ Maltin ferm determinati li jagħtu kedda lill-avversarji tagħhom. Minkejja t-telfa, wieħed jista’ jinduna bil-progress li qed jagħmlu dan it-tim nazzjonali.
Karl Luke Schembri reġa’ kien protagonist għal St George’s hekk kif skorja doppjetta filwaqt li Essa Benatiya u Matthew Scicluna żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.
Malta U19 skorjaw il-gowls tagħhom permezz ta’ doppjetta ta’ Kubilay Karadol u gowl ieħor ta’ Deyan Pace.