Il-plejer tal-Universita’ ta’ Malta Mohammed Elamari hu r-rebbieħ tal-Enemed Plejer tax-xahar ta’ Marzu.
Elamari li ngħaqad mal-Universita’ ta’ Malta fil-bidu ta’ dan l-istaġun, qed ikollu kampjonat ferm pożittiv tant li kien strumentali sabiex it-tim sab postu fil-play-offs finali.
Elamari għandu 30 sena u ilu jilgħab il-futsal għal madwar disa’ snin. Hu beda l-karriera tiegħu ma’ Valletta Futsal qabel ma’ libes ukoll il-flokkijiet ta’ Ħamrun Spartans, Msida St Joseph u riċentement l-Universita’ ta’ Malta. Hu rebaħ il-kampjonat u l-kompetizzjoni Knock-Out mal-Beltin.
Il-preżentazzjoni lil Elamari saret mill-kap eżekuttiv tal-Enemed l-Inġinier Philip Borg u l-president tal-FMA il-perit Mark Borg fejn apparti t-trofew, hu ngħata wkoll xi vouchers mingħand l-isponsors.