Monday, March 3, 2025

Futsal: Mosta u Luqa jdawru telfa f’rebħa sabiex jirreġistraw tliet punti importanti

Aqra wkoll

Mosta u Luqa St Andrew’s irreġistraw rebħiet importanti fis-sezzjonijiet rispettivi tagħhom tal-Fuel 10 K Under 16 League.

F’sezzjoni A, Mosta dawru telfa f’rebħa sabiex għelbu lil Sliema bl-iskor ta’ 4-2.

Il-Mostin kienu qed jitilfu 2-0 għalkemm kienu kapaċi jġibu l-iskor indaqs sa tmiem l-ewwel taqsima sabiex fit-tieni waħda jxaqilbu l-miżien favurihom.

Paul James Friggieri skorja żewġ gowls għal Sliema sabiex doppjetta ta’ Dayle Cachia u gowls oħra ta’ Luca Chetcuti u Zion Micallef Bickle taw it-tliet punti lil Mosta.

Referees kienu Stefania Bonnici u Jonathan Balzan.

Anke Luqa St Andrew’s kellhom jiġu minn wara sabiex jegħlbu lil Pembroke Athleta 5-2 f’logħba minn sezzjoni B.

Doppjetta ta’ Luke Guillaumier ta vantaġġ lil Pembroke għalkemm il-Luqin kellhom ideat oħra hekk kif dawru l-iskor favurihom wara doppjetti ta’ Liam Testa u Zven Bonello b’Denzel Schembri li ssiġġilla r-rebħa favur it-tim tiegħu.

Mosta u Luqa jdawru telfa f’rebħa sabiex jirreġistraw tliet punti importanti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport