Santa Margerita kisbu l-ikbar rebħa fl-ewwel ġurnata tal-Enemed Women’s Futsal League wara li għelbu lill-Iklin 8-0.
It-tim mill-inħawi tal-Mosta ħareġ aggressiv sa mill-bidu bid-difiża avversarja li bdiet isibha ferm diffiċli f’xi mumenti.
Audrey Chetcuti, Kirsty Paris u Edera Marmara skorjaw żewġ gowls kull wieħed b’Nicole Zemoz u Darya Attard jgħaqqdu l-iskor finali ta’ 8-0 għal Santa Margherita.
Referees kienu Danilo Francalanza u Clinton Cassar.
Zero Sei għelbu lil Swieqi 3-2 f’logħba ferm emozzjonanti. Minkejja li Swieqi marru minn fuq, Zero Sei wettqu reazzjoni tajba u dawru l-iskor favurihom sabiex kisbu l-ewwel tliet punti ta’ dan l-istaġun.
Michela Felice poġġiet lil Swieqi minn fuq sabiex Andrea Alonso wettqet tripletta personali u poġġiet it-tim tagħha 3-1 minn fuq. Għalxejn kien l-awtogowl ta’ Elisa Esik għal Swieqi.
Referees kienu Stephen Vella u Sara Kankaras.
Mtarfa dawru telfa f’rebħa wara li għelbu lil Parr Mela 4-2.
Kienu Parr Mela li marru minn fuq permezz ta’ Carol Salazar sabiex Marcia Santos ġabet l-iskor indaqs għal Mtarfa. L-istess plejer skorjat żewġ gowls oħra sabiex kellha hat-trick f’isimha b’Parr Mela li reġgħu skorjaw il-gowl ieħor permezz tal-plejer veterana Maria Coppola. Demi Magrin żiedet ieħor għal Mtarfa.
Referees kienu Clinton Cassar u Stefania Bonnici.