Il-kampjonat tal-futsal kompla b’ġimgħa oħra ta’ logħob fejn rajna rebħiet kbar għal Luxol u l-Università ta’ Malta fil-kampjonat maskili, kif ukoll konferma tas-saħħa ta’ Zero Sei Futsal fil-kampjonat tan-nisa.
Fil-kampjonat tal-irġiel rajna lill-leaders tal-klassifika University of Malta Futsal jiksbu rebħa kbira ta’ 12-2 kontra Santa Venera Lightnings Futsal, li għadhom ifittxu l-ewwel punti tagħhom dan l-istaġun. Luxol St. Andrews Futsal komplew juru is-saħħa tagħom hekk kif għelbu lil Futsal Selection U17 bi skor dominanti ta’ 18-0, b’Gatt Luke u Buhagiar Aiden jiskurjaw erba’ gowls kull wieħed.
Fil-partita bejn Żejtun Corinthians Futsal WA u Sliema Futsal Fort Fitness, iż-Żwieten rebħu 8-4 f’konfront dirett biex jibqgħu ma’ ta’ fuq tal-klassifika. filwaqt li Marsaskala Futsal Legends saħħew posthom ma’ ta’ fuq b’rebħa ta’ 4-0 kontra Futsal Selection U19, f’partita li ħadet direzzjoni kmieni hekk kif kienu diġà 3-0 minn fuq wara biss ftit minuti.
Fil-Klassifika tal-Irġiel wara Matchweek 4 insibu lil-University of Malta Futsal fl-ewwel post bi 4 logħbiet u 12-il punt, segwiti minn GZR Birżebbuġa St. Peter’s Futsal b’4 logħbiet u 9 punti, waqt li Marsaskala Futsal Legends għandhom 4 logħbiet u 9 punti wkoll. Warajhom hemm Luxol St. Andrews Futsal li b’2 logħbiet laħqu 6 punti, filwaqt li Żejtun Corinthians Futsal WA għandhom 3 logħbiet u 6 punti, Sliema Futsal Fort Fitness għandhom 3 logħbiet u 3 punti, u fl-aħħar tliet postijiet insibu mingħajr punti lil Futsal Selection U19, fi’ 3 logħbiet, Futsal Selection U17 u Santa Venera Lightnings Futsal b’4 logħbiet kull wieħed.
Fil-kampjonat tan-nisa kellna rebħa importanti għall-klassifika ta’ Zero Sei Futsal, li għelbu lil St. George’s Futsal 7-0. Il-player Vanessa Carneiro kienet protagonist b’hat-trick fl-ewwel taqsima, bit-tim ta Bormla jieħu l-ewwel telfa tal-istaġun. Luxol Sports Club Futsal Argus żammew il-pass ma’ ta’ fuq b’rebħa ta’ 3-1 fuq Parr Mela Rockets Futsal, li għadhom ifittxu l-ewwel rebħa tagħhom dan il-kampjonat.Filwaqt li Swieqi United Futsal LEC07 kisbu l-ewwel punti tagħhom dan l-istaġun meta għelbu lil St. Andrews Futsal 8-1 f’konfront dirett biex jibqgħu ma’ ta’ fuq tal-klassifika.
Fil-Klassifika tan-Nisa wara Matchweek 4 insibu lil Zero Sei Futsal imexxu l-klassifika b’4 logħbiet u 12-il punt, segwiti minn Luxol Sports Club Futsal Argus b’4 logħbiet u 9 punti.Fit-tielet post hemm St. George’s Futsal bi 4 logħbiet u 7 punti, u warajhom Swieqi United Futsal LEC07 bi 4 logħbiet u 4 punti. Imbagħad insibu St. Andrews Futsal b’4 logħbiet u 3 punti, u fl-aħħar post Parr Mela Rockets Futsal b’4 logħbiet u 0 punti.

