Saturday, December 21, 2024

Futsal: Siġġiewi jagħtu battikata lil Valletta

Aqra wkoll

Valletta Futsal dawru telfa f’rebħa hekk kif b’mod drammatiku għelbu lil Siġġiewi 2-1. Dawn tal-aħħar taw qalbhom tul din il-partita u taw battikata lill-avversarji tagħhom tant li kienu saħansitra 1-0 minn fuq grazzi għall-gowl tal-Brażiljan Wallace.

Minkejja kollox, Valletta baqgħu jippruvaw sal-aħħar u rnexxielhom iwettqu l-objettiv tagħhom bil-plejer veteran Jovica Milijic ikun il-protagonista prinċipali hekk kif skorja doppjetta.

Iċ-champions preżenti Luxol St Andrews ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil St Georges bl-iskor ta’ 12-0.

It-tim minn St Andrews kellu lil Hebberth Bolt li kien awtur ta’ erba’ gowls, b’Mark Zammit jiskorja hat-trick. Min-naħa l-oħra, Carl Azzopardi, Melvin Borg, Marwan Telisi, Matthew Attard u Celino Alves żiedu l-iskor għat-tim tagħhom.

Ta’ Xbiex komplew għaddejjin bil-mument pożittiv tagħhom wara li għelbu lil Qormi bl-iskor kbir ta’ 12-1. Din kienet it-tielet rebħa konsekuttiva għal Ta’ Xbiex li b’hekk baqgħu jżommu pożizzjoni għolja fil-klassifika.

George Frendo kien awtur ta’ erba’ gowls bi Glenn Bonello u Jason Gauci jiskorjaw doppjetta. Mill-banda l-oħra, Stefi Cale, Kurt Bartolo, Karl Sacco u Redeemer Borg niżżlu isimhom fil-lista tal-iskorers.

F’logħba divertenti, l-Universita’ ta’ Malta kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Żurrieq Futsal 3-2. Jean Noel Azzopardi skorja doppjetta filwaqt li Bruno Fernandes żied ieħor għall-Universitarji b’Żurrieq jirrispondu b’żewġ gowls ta’ Keith Callus u Alexei Saliba.

Naxxar kisbu rebħa tajba ta’ 5-2 kontra Marsaskala. It-tim min-naħa ta’ fuq ta’ Malta kellu lil Clyde Bonavia jagħti wirja tajba tant li skorja hekk kif għaqqad poker b’Josef Azzopardi jiskorja l-gowl l-ieħor.

Marsaskala, li taw sfida denja f’din il-partita, naqqsu l-marġni tal-iskor minn Matthias Camilleri u Denim Parnis.

KLASSIFIKA:

Luxol, Ta’ Xbiex, l-Universita’ ta’ Malta 9, Mellieħa, Valletta 6, Siġġiewi, Naxxar Lions 3, Marsaskala, Żurrieq, St Georges, Qormi 0

Ekonomija

Sport