St George’s rebħu l-isfida diretta kontra Naxxar Lions sabiex telgħu fit-tieni post tal-klassifika tal-Enemed Challenger League. Il-Bormliżi, li rebħu 8-3, kienu ferm aggressivi u minkejja li sabu ruħhom gowl minn taħt, għarfu jdawwru l-iskor favurihom sabiex kisbu s-sitt rebħa staġjonali.
Faisal Alnakuoo kompla jispira lil St George’s bil-logħob tiegħu filwaqt li skorja doppjetta personali filwaqt li Clayton Micallef, Matthew Scicluna, Liam Caruana, Vuk Rankovic, Carl Farrugia u awtogowl għaqqdu l-iskor għat-tim mill-Kottonera.
Naxxar Lions, li kienu qed isofru s-sitt telfa tal-istaġun, skorjaw permezz ta’ Antoine Barbara, Clyde Bonavia u Calvin Scicluna.
Siġġiewi Futsal komplew juru l-progress tagħhom wara rebħa tajba ta’ 13-3 kontra l-ġirien Qormi. Il-plejer Brażiljan Oliveira Santos Wallace kien awtur ta’ tripletta filwaqt li Andrea Rufa, Justin Theuma, Ryan Muscat u Kurt Darmanin skorjaw doppjetta kull wieħed. Juan Morales u awto-gowl ieħor taw it-tliet punti lis-Siġġiwin.
Għal Qormi Christian George Mallia skorja żewġ gowls b’Bertram Azzopardi iżid ieħor għat-tim tiegħu.
Sadanittant qabel dawn il-partiti li ntlagħbu l-plejers u l-uffiċjali ngħaqdu flimkien u żammew strixxun sabiex juru solidarjeta’ mal-poplu tal-Ukrajna li bħalissa għaddej minn tbatija kbira.
Klassifika – Enemed Futsal Premier League:
Luxol 36, Valletta 33, Ta’ Xbiex, L-Universita’ ta’ Malta 21, Mellieħa 18.
Klassifika – Enemed Futsal Challenger League:
Naxxar 21, St George’s 18, Siġġiewi 15, Żurrieq 7, Qormi 6, Marsaskala 4