Saturday, September 14, 2024

Futsal: Timijiet favoriti jirreġistraw skors kbar

Aqra wkoll

Iċ-champions Luxol St Andrew’s kisbu t-tieni rebħa minn daqstant logħbiet fl-Enemed Futsal League meta ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil Sliema Futsal 13-2.

Kif jindika l-iskor, it-tim minn St Andrew’s iddomina l-partita fejn bħas-soltu spikka l-captain tagħhom Mark Zammit li kien awtur ta’ tripletta. Jefferson Breno, Andre Tiago u Andy Mangion kienu awturi ta’ doppjetta filwaqt li Everton Veve, Luke Gatt, Jean Noel Azzopardi u Paulo Andre għaqqdu l-iskor għat-tim immexxi minn Gabriel Dobre.

Juan Morales Poveda skorja l-uniċi żewġ gowls ta’ Sliema.

Żurrieq Bormla Futsal qed jippreparaw bi sħiħ għall-konfront iebes li għandhom kontra l-istess Luxol meta rebħu lil Marsaskala Futsal 8-2.

Chris Cardona u Darko Ristic skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Karl Sciortino, Karl Luke Schembri, Dylan Musu u Mohamed Elamari wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Awto-gowl ta’ Jovica Milijic u Nikola Milenkoski skorjaw għal Marsaskala.

Ta’ Xbiex kisbu l-ikbar rebħa tal-ġurnata wara skor ta’ 25-0 kontra Santa Venera Lightnings.

L-attakkant Albaniż Stefi Cale waħdu skorja seba’ gowls b’Kurt Bartolo u Glenn Bonello awturi ta’ erba’ gowls. Eztiben Lozada u Ryan Debono skorjaw hat-trick kull wieħed filwaqt li Dexter O’Brien irreġistra doppjetta personali. Jason Gauci u Christian Wismayer għaqqdu l-iskor għat-tim minn Ta’ Xbiex.

Swieqi United kellhom rebħa komda ta’ 4-1 kontra Birżebbuġa St Peter’s. Felipe Molina, Brayan Rivera, Matthew Buhagiar u Dylan Pace skorjaw għat-tim minn Swieqi. Julien Bollard skorja għal Birżebbuġa.

Rebħa oħra kbira kisbuha University of Malta ACJ Group wara skor ta’ 11-0 kontra t-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-18-il sena.

Il-plejer Brażiljan Guillherme Fonseca skorja erba’ gowls bil-kompatrijott tiegħu Kaue Meggiato u Melvin Borg awturi ta’ doppjetta. Zvezdan Vukovic u Steven Camilleri skorjaw il-gowls l-oħrajn għall-Universitarji.

F’logħba oħra li kellna, it-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena kiseb rebħa importanti ta’ 6-2 kontra Gżira United Santa Margerita Futsal.

Ekonomija

Sport