Floriana xejn ma sabuha faċli sabiex jiksbu t-tliet punti f’partita minn sezzjoni A tal-Fuel 10K Under 16 League hekk kif għelbu lil San Ġwann 7-6.
Kienet logħba li kien fiha minn kollox biż-żewġ naħat li taw qalbhom tul is-siegħa logħob.
Luca Psaila spikka għall-Greens wara li skorja tliet gowls b’Salvatore Agius li kien awtur ta’ doppjetta. Jamie Azzopardi u Daniele Mentosa komplew iżidu l-iskor għat-tim tagħhom.
San Ġwann baqgħu fil-logħba grazzi għall-gowls ta’ Sven Caruana Frendo li skorja doppjetta, Benjamin Borg Cardona, Michael Borg Hedley, Miguel Farrugia u Leeon Attard.
Referees kienu Andrea Naudi u Tesmarie Busuttil.
F’logħba minn sezzjoni B, Lija Athletic għelbu lil Birżebbuġa Windmills 4-1.
L-Athletics dejjem kellhom il-kontroll tal-logħba u ma kinitx sorpriża li ħadu t-tliet punti.
Jeremy Saliba, Jacob Spiteri, Rhys Mark Attard u Marek de Brincat skorjaw il-gowls ta’ Lija b’Birżebbuġa li naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Luis Rapce.
Referees kienu Andrea Naudi u Tesmarie Busuttil.
KLASSIFIKA – SEZZJONI A
Mosta 13, Floriana 9, San Ġwann 8, Naxxar Lions, Sliema Wanderers 6, Pieta’ Hotspurs 1, Marsaskala 0.
KLASSIFIKA – SEZZJONI B
Żabbar St Patrick 12, Pembroke Athleta 9, Lija Athletic 9, Marsaxlokk, Luqa St Andrew’s 6, Birżebbuġa Windmills 3, Qrendi 0.