Lija Athletic u Sliema Wanderers kisbu tliet punti importanti fil-Fuel 10K Under 16 League wara li għelbu lil Pembroke Athleta u Marsaskala rispettivament.
Sliema kisbu l-ikbar rebħa hekk kif għelbu 6-1 lil Marsaskala f’logħba minn sezzjoni A.
Marco Baldacchino, Gianluca Gauci u James Paul Friggieri skorjaw żewġ gowls kull wieħed għas-Slimiżi b’Kelvin Pace li naqqas il-marġni tal-iskor għall-Iskalin.
Referees kienu Jonathan Balzan u Sara Kankaras.
Lija Athletic għelbu lil Pembroke Athleta 4-1 f’partita minn sezzjoni B.
Jake Debono kien l-istilla għal Lija b’doppjetta personali b’Melvin Perry u Marek De Brincat li wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.
Jamie Falzon kien l-awtur tal-uniku gowl ta’ Pembroke.
Referees kienu Jonathan Balzan u Sara Kankaras.
Illum ikompli dan il-kampjonat bl-unika partita li se tintlagħab ikun id-derby tat-tramuntana bejn Mosta u Naxxar fis-6pm fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport.
KLASSIFIKA – SEZZJONI A
Mosta 13, San Ġwann 11, Floriana 10, Sliema 9, Naxxar Lions 7, Pieta’ Hotspurs 4, Marsaskala 0.
KLASSIFIKA – SEZZJONI B
Żabbar St Patrick 15, Marsaxlokk, Luqa St Andrew’s 12, Lija Athletic, Pembroke 6, Birżebbuġa 3, Qrendi 0