Sunday, December 22, 2024

Futsal: University of Malta ACJ Group bit-13-il rebħa konsekuttiva

Aqra wkoll

University of Malta ACJ Group kisbu t-13-il rebħa staġjonali fl-Enemed Premier League meta għelbu lil ŻRQ Bormla 6-4.

Ma kinitx logħba faċli għall-Universitarji li raw lill-avversarji tagħhom motivati fejn naqqsu l-marġni tal-iskor u saħanistra ġabu l-iskor indaqs.

Minkejja kollox, l-aħħar mumenti kienu tal-Universitarji li xprunati mill-plejer ta’ esperjenza Melvin Borg waslu għas-suċċess finali.

Fil-fatt Borg kien awtur ta’ tliet gowls b’Guillherme Fonseca, Steven Camilleri u Gia Nikvashvili li wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Ir-reazzjoni tal-Bormliżi waslet wara doppjetta ta’ Karl Luke Schembri u gowls ta’ Bruno de Souza u Rodrigo da Silva.

Referees kienu Jude Amin Utulu u Clint Cassar.

Swieqi United Futsal kienu ferm dominanti fuq Birżebbuġa St Peter’s tant li rebħulhom 11-0.

Ezequiel Alarcon skorja tliet gowls bi Brayan Rivera li kien awtur ta’ doppjetta personali. Dylan Pace, Justin Theuma, Santiago Roller, Gregory Busuttil, Nathan Sammut Mock u Matthew Buhagiar komplew żiedu l-iskor għal Swieqi li baqgħ jżommu r-raba’ post tal-klassifika.

Referee kienu Andrea Naudi u Stephen Vella.

Fl-Enemed Challenger League, Marsaskala baqgħu juru l-konsistenza tagħhom wara li għelbu lil Gżira United Santa Margherita 7-4.

It-tim min-naħa t’isfel ta’ Malta kien dejjem minn fuq għalkemm il-Maroons dejjem baqgħu wara l-avversarji u kien biss fl-aħħar li ċedew l-armi.

Craig Pickard skorja erba’ gowls għal Marsaskala filwaqt li Bertram Azzopardi niżżel ismu fost l-iskorers darbtejn. Zemkin Seisun żied ieħor għall-Iskalin.

Gżira United skorjaw il-gowls tagħhom permezz ta’ hat-trick ta’ Yessous Camilleri u gowl ieħor ta’ Anthony Spiteri.

Referees kienu Stephen Vella u Pierre Bonnici.

Ta’ Xbiex Futsal jinsabu biss punt bogħod mil-leaders wara li rebħu 5-0 lis-selezzjoni Maltija ta’ taħt it-18-il sena.

L-iskorer prolifiku Stefi Cale skorja tripletta filwaqt li Juan David Bautista u Felipe Andres kompla jżid l-iskor għat-tim tiegħu.

Referees kienu Stephen Vella u Stefania Bonnici.

Sliema Futsal kellhom jitħabtu mhux ftit sabiex għelbu lis-selezzjoni Maltija ta’ taħt id-19-il sena 5-4.

Iż-żgħażagħ Maltin kienu ferm tajbin fl-ewwel parti tal-logħba fejn kienu fil-vantaġġ iżda s-Slimiżi wettqu reazzjoni fl-aħħar minuti tal-logħba sabiex ħadu tliet punti ferm importanti.

Kevin Sammut skorja doppjetta filwaqt li Jean Leite Lopes, Wallace Oliveira Santos u Hugo da Silva Vinicius żiedu aktar gowls għall-Blues.

Iż-żgħażagħ Maltin sabu x-xibka wara doppjetta ta’ Mason Agius u gowls oħrajn ta’ Collin Sammut u Ivin Gatt.

Referees kienu Andrea Naudi u Danilo Francalanza.

KLASSIFIKA– ENEMED FUTSAL PREMIER LEAGUE

University of Malta ACJ Group 39, Luxol St Andrew’s 31, ŻRQ Bormla 25, Swieqi United FC Futsal 24, Birżebbuġa St Peter’s 18.

KLASSIFIKA – ENEMED CHALLENGER LEAGUE

Marsaskala Futsal 22, Ta’ Xbiex Futsal Izola Bank 21, Sliema Wanderers FC Futsal 11, Selezzjoni Maltija U19 7, Gżira United Santa Margherita 6 Selezzjoni Maltija U18 3.

Ekonomija

Sport