Sunday, December 22, 2024

Futsal: University of Malta ACJ Group u Luxol St Andrew’s jibnu vantaġġ fl-ewwel leg

Aqra wkoll

University of Malta ACJ Group u Luxol St Andrew’s bnew il-vantaġġ tagħhom fl-ewwel leg tas-semifinali tal-play-offs tal-Enemed Futsal League wara li għelbu lill-avversarji rispettivi tagħhom.

L-iktar logħba bilanċjata kienet dik bejn University of Malta ACJ Group u Swieqi United b’tal-ewwel li rebħu 2-1.

Minkejja t-telfa, Swieqi kienu ferm tajbin tant li bdew itellgħu kontrattakki verament perikolużi u bdew iħabbtu lid-difiża tal-Universitarji.

Kien Raimundo Da Silva Nonato li poġġa lill-Universita’ minn fuq sabiex Swieqi ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Marcelo Alarcon.

Fit-tieni taqsima l-logħba baqgħet bilanċjata għalkemm kienu t-tim immexxi minn David Bobokhidze li skorja l-gowl tar-rebħa permezz ta’ Steven Camilleri.
Referees kienu Andrea Naudi u Jude Amin Utulu.

Iċ-champions Luxol St Andrew’s għelbu l-isfida iebsa li tawhom ŻRQ Bormla tant li rebħulhom 9-6.

It-tim immexxi minn Gabriel Dobre kellu vantaġġ inizjali ta’ 5-1 fil-bidu tal-ewwel taqsima għalkemm il-Bormliżi bdew ġejjin u dejjem naqsu l-marġni tal-iskor għalkemm ftit setgħu jagħmlu biex jevitaw it-telfa.

Celino Alves, Mark Zammit u Andy Mangion skorjaw doppjetta kull wieħed sabiex Everton da Silva Santos, Maicon u Michael Borg żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

ŻRQ Bormla kellhom lil Rodrigo da Silva awtur ta’ tripletta filwaqt li Mohammed Elamari skorja żewġ gowls b’Karl Luke Schembri li wkoll niżżel ismu fost l-iskorers.

Referees kienu Stephen Vella u Clint Cassar.

Mill-Enemed Challenger League, is-selezzjoni Maltija ta’ taħt id-19-il sena u Marsaskala Legends Futsal kisbu post fis-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni wara riżultati pożittivi li kisbu.

Iż-żgħażagħ Maltin għelbu lil Gżira United Santa Margerita 4-2. Huma kienu ferm ħfief fl-azzjonijiet tagħhom bil-Gżirjani li f’xi mumenti bdew jinqabdu fid-difiża.

Collin Sammut skorja doppjetta filwaqt li Benjamin Bonello Ghio u Neil Gauci wkoll sabu x-xibka.

Yessous Camilleri skorja doppjetta għal Gżira.

Referees kienu Jude Amin Utulu u Andrea Naudi.

Marsaskala Legends Futsal kisbu post mal-aħħar erbgħa tal-kompetizzjoni wara punteġġ ta’ 7-5 kontra Sliema Wanderers Futsal.

Bertram Azzopardi u Amir Ashtiyani skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Craig Pickard, Pavlo Bekesha u Josef Balzan żiedu aktar gowls għall-Iskalin.

Andre Joe Cutajar skorja tliet gowls għal Sliema b’James Brincat u Jean Leite Lopes li jkunu wkoll fost l-iskorers.

Referees kienu Stephen Vella u Marco La Rosa.

University of Malta ACJ Group u Luxol St Andrew’s jibnu vantaġġ fl-ewwel leg

Ekonomija

Sport