Rapid Bucharest mir-Rumanija jridu jiksbu s-servizzi tal-attakkant kontroversjali Taljan Mario Balotelli. Dan tal-aħħar għandu 32 sena u bħalissa jinsab reġistrat ma’ Sion.
Rapid Bucharest huma kkowċjati minn Adrian Mutu, eks-plejer fis-serie A Taljana li ra f’Balotelli ideali fil-metodu tattiku tiegħu.
Balotelli qed jaħsibha sew qabel ma jagħti risposta definittiva lil Mutu u lid-diriġenza tat-tim mill-belt kapitali Rumena.