Il-futur ta’ Dani Ceballos ma’ Real Madrid qed jitqies li huwa wieħed inċert fost it-taqbida tiegħu għall-ħin ta’ logħob.
L-ex player ta’ Real Betis għamel biss seba’ dehriet fil-kompetizzjonijiet kollha għat-team immexxi minn Carlo Ancelotti f’dan l-istaġun, għalkemm l-istaġun tiegħu ġie mxekkel minn injury serja fl-għaksa.
Madankollu, il-ftehim ta’ Ceballos għandu jiskadi fis-sajf tal-2023, u l-player ta’ 25 sena għadu marbut ma’ tluq minn mal-madrileni minkejja li Ancelotti afferma li se jkollu rwol importanti fit-tieni nofs tal-istaġun.
Huwa mifhum li tiġdid tal-kuntratt mal-ġganti mill-kapitali Spanjola issa qed jidher improbabbli, u Real Madrid issa jistgħu jfittxu li jċedu lil Ceballos qabel l-istaġun 2022-23.
L-ex player internazzjonali ta’ Spanja ta’ taħt it-23 sena ġie marbut ma’ ritorn fil-Premier League ma’ Crystal Palace wara l-perjodu ta’ sentejn ma’ Arsenal, iżda ritorn ma’ Betis issa huwa maħsub li huwa l-aktar għażla realistika.
Ceballos lagħab biss 41 minuta fil-La Liga f’dan l-istaġun u b’kollox skorja ħames goals u pprovda tliet assists fi 63 logħba għal-Los Blancos.