Għadu ferm inċert il-futur tal-plejer Denis Zakaria ma’ Chelsea FC hekk kif ftit qed jilgħab f’dawn l-aħħar partiti kemm fil-kampjonat Ingliż kif ukoll fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League.
L-istorja ta’ Zakaria hi xi ftit stramba hekk kif wara li ġie akkwistat mingħand Juventus, dan tal-aħħar ġie misluf lil Chelsea fil-bidu ta’ dan is-sajf.
Minkejja kollox, Zakaria mhux qed jirnexxielu jagħmilha mal-ewwel ħdax tat-tim u l-possibbiltá hi li f’Jannar li ġej it-tim li jilgħab fi Stamford Bridge jtemm il-perjodu ta’ self ħesrem.