Diversi gazzetti Taljani qed jispekulaw li l-futur tal-attakkant internazzjonali Serb Dusan Vlahovic ma’ Juventus hu ferm inċert. Il-wasla tal-attakkant internazzjonali Franċiż Randal Kolo Muani ġab aktar inċertezza fuq il-plejer ta’ 25 sena li qed ikollu staġun inkonsistenti ħafna.
Il-gowls li Kolo Muani qed jiskorja irrelegaw lil Vlahovic fuq il-bank tas-sostituti u dan kollu wassal sabiex jikkunsidra x’għandu jagħmel.
Vlahovic ilu ma’ Juventus sa mis-sena 2022 fejn skorja 41 gowl f’94 partita.