Fil-Ġermanja, id-difensur Jonathan Tah għandu futur inċert wara li l-klabb tiegħu Bayer Leverkusen għadhom mhux ċerti jaqbdux u jbigħuh qabel jagħlaqlu l-kuntratt jew inkella jġedduhulu u eventwalment iżidulu s-salarju tiegħu.
Tah għandu 28 sena u ilu mat-tim minn Leverkusen sa mis-sena 2015 fejn kien protagonista matul l-istaġun li għadda fejn rebħu l-kampjonat Ġermaniż. Hu lagħab 259 logħba u skorja 12-il gowl.