Friday, September 5, 2025

Gabriel Jesus barra mil-lista UEFA ta’ Arsenal

Aqra wkoll

Arsenal ħabbru l-lista għall-UEFA waqt il-fażi tal-gruppi taċ-Champions League, u dehru xi sorpriżi. Fil-fatt, il-kowċ Mikel Arteta inkluda 25 plejer inklużi l-akkwisti il-ġodda tas-sajf u anke Max Dowman, żagħżugħ ta’ 15-il sena. Madankollu, l-aktar aħbar li qajmet diskussjoni kienet l-esklużjoni ta’ Gabriel Jesus.

L-attakkant Brażiljan reġa’ beda jitħarreġ wara waqfa twila minħabba injury fl-irkoppa, iżda n-nuqqas tiegħu fil-lista jindika li għadu mhux f’forma perfetta. Xorta waħda, jista’ jerġa’ jiddaħħal fi Frar fil-fażi eliminatorja.

Gabriel Jesus għandu 28 sena u ilu ma’ Arsenal sa mis-sena 2022.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport