Jidher li l-attakkant ta’ Manchester City, Gabriel Jesus, jippreferi jingħaqad ma’ Barcelona aktar milli ma’ Arsenal, dan is-sajf.
Minkejja li skorja erba’ goals u pprovda assist fir-rebħa kbira ta’ 5-1 tas-Sibt li għadda fil-Premier League kontra Watford, Jesus qed jissemma’ li jista’ jħalli liċ-champions Ingliżi fost it-taqbida tiegħu għall-post regolari mal-ewwel 11.
Arsenal huma maħsuba li għandhom interess fil-player ta’ 25 sena, li jinsab ukoll fuq ir-radar ta’ Barcelona u Juventus qabel trasferiment antiċipat ma’ xi club ieħor.
Huwa mifhum li Jesus kien jiffavorixxi ċaqliq lejn il-Camp Nou, minkejja suġġerimenti preċedenti li jkun miftuħ għal bidla ta’ Arsenal.
Manchester City u Barcelona laħqu ftehim dwar it-trasferiment ta’ Ferran Torres fit-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar, għalkemm Pep Guardiola saħaq li Jesus huwa “l-player tagħna” wara l-poker tiegħu kontra Watford.
Jesus issa rreġistra 93 goal u 46 assist minn 230 dehra bil-flokk ta’ Manchester City, inklużi 16-il goal minn 24 logħba fil-Premier League dan l-istaġun.
Il-player internazzjonali tal-Brażil issa fadallu inqas minn 18-il xahar fil-kuntratt tiegħu fl-Etihad Stadium wara li ffirma l-estensjoni fil-kuntratt l-aktar riċenti tiegħu ta’ ħames snin fis-sajf tal-2018.