Wednesday, September 25, 2024

Gabriel kuntent li ġedded ma’ Arsenal

Aqra wkoll

Id-difensur ċentrali Brażiljan Gabriel iffirma kuntratt ġdid ma’ Arsenal li se jżommu jilgħab fl-Emirates Stadium sa Ġunju 2027. Il-plejer ta’ 24 sena diġa’ lagħab 10 partiti fil-kampjonat Premier Ingliż u qed ikun strumentali fid-dipartiment difensiv meta kisbu 27 punt minn 30 possibbli.

Wara l-iffirmar tal-kuntratt, Gabriel sostna li jinsab verament kuntent jilgħab ma’ Arsenal u t-tiġdid fil-kuntratt kienet xi ħaġa naturali.

Sport