Id-difensur ċentrali ta’ Arsenal, Gabriel Magalhaes, qal li ‘jħossu f’daru’ fil-club minn Londra, fost suġġerimenti li Barcelona jinsabu ħerqana li jiffirmawh matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.
Il-Brażiljan kien player ewlieni għall-Gunners matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 31 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, u skorja tliet goals fil-proċess.
Rapport riċenti sostna li Barcelona kienu identifikaw lill-player ta’ 24 sena bħala mira ta’ trasferiment, bil-club Katalan iżomm ħarstu mill-qrib fuq il-prestazzjonijiet tiegħu dan l-istaġun.
Madankollu, Gabriel issuġġerixxa li m’għandu l-ebda pjan li jħalli l-Emirates Stadium fil-futur qrib, u sostna li jinsab “ferħan ħafna” fit-Tramuntana ta’ Londra.
Gabriel – ikkuntrattat mat-team ta’ Mikel Arteta sa Ġunju 2025 – għamel 62 dehra ma’ Arsenal minn mindu ngħaqad magħhom mingħand Lille f’Settembru 2020, u skorja sitt goals u pprovda assist wieħed fil-proċess.