Il-president tal-Federazione Italiana Giuoco Calcio Gabriele Gravina mistenni jerġa’ jkun il-kandidat għall-elezzjoni fl-Assemblea li se ssir fl-4 ta’ Novembru li ġej.
Gravina, li għandu 71 sena, ilu jmexxi lill-Federazzjoni Taljana sa mis-sena 2018, u qed ifittex li jagħmel it-tielet mandat tiegħu f’dan ir-rwol. Hu qal li għandu aktar objettivi ġodda sabiex jara l-futbol Taljan miexi dejjem aktar ‘il quddiem.
Kien hemm bosta kritiċi li qalu li Gravina jrid jibqa’ igranfat mas-siġġu tal-poter.