Sunday, October 5, 2025

Gabriella Vella f’nofs kontroversja

Aqra wkoll

S’issa għadu mhux magħruf jekk fil-laqgħa li jirriżulta saret din il-ġimgħa, l-Ombudsman Joe Zammit McKeon iddikjarax kunflitt ta’ interess u ħariġx ‘il barra waqt li kienet qed issir l-għażla tal-imħallfin il-ġodda.

Dan minħabba li bintu, Alessia Zammit McKeon, għandha kumpanija u uffiċċju legali ma’ Massimo Vella li jiġi ħu l-Maġistrat Gabriella Vella.  L-istess Gabriella Vella kienet parti minn dan l-uffiċċju legali qabel ma l-Gvern Nazzjonalista, li fiż-żmien kien ilaħħaq lil min irid bħala parti mill-ġudikatura, ħatarha Maġistrat.  Il-kumpanija VZM Limited turi r-rabta intima bejn iż-żewġ familji.

Dan il-kunflitt ta’ interess huwa ċar li jiskwalifika lill-Ombudsman iżda, l-istess Zammit McKeon diġà rrifjuta li jiddikjara kunflitt ta’ interess f’każ ieħor ċar.  Dan meta fil-bidu tas-sena naqas li joħroġ mill-istess Bord tal-Għażla filwaqt li waħda mill-applikanti għal Maġistrat kienet is-segretarja tiegħu stess, Monica Borg Galea.

Il-Gvern, permezz tal-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard, stqarr li l-applikanti għandhom ikunu ‘il bogħod minn kull kontroversja.  Min-naha tagħhom, Repubblika u l-Partit Nazzjonalista attakkaw lill-Ministru u saħanistra qalu li għandha tiġi magħżula Gabriella Vella bħala Imħallef.

Il-Maġistrat Vella ppresediet fuq l-inkjesta tal-isptarijet li fuqha nefqet €12-il miljun u issa l-espert prinċipali ma jridx jixhed filwaqt li l-Qorti taf biss fejn joqogħdu tliet minn 30 espert.

Ħafna nnotaw kif matul il-ftuħ tas-Sena Forensi nhar l-Erbgħa li għadda, Gabriella Vella kienet konxja li l-għajnejn u l-cameras kollha kienu fuqha u kellha daħka daqshiex fuqha.

Membru ieħor tal-Kumitat tal-Għażla huwa l-President tal-Avukati, Peter Fenech, li rrappreżenta lill-espert Jeremy Harbinson meta ġab l-iskuza li ma jistax jigi Malta biex jixhed għax martu ma tiflaħx.  Wara qal li ma jridx jixhed.

Mhuwiex magħruf jekk Peter Fenech iddikjarax dan il-kunflitt.

Il-Kumitat se jipproponi persuni u l-għażla finali permezz ta’ bidliet li saru minn Gvern Laburista, issir mill-President tar-Repubblika. Il-Gvern imkien m’hu rappreżentat f’dan il-Kumitat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport