Sunday, September 28, 2025

Gabriella Vella tapplika għal Imħallef

Aqra wkoll

Il-Magistrat Gabriella Vella, li mexxiet l-inkjesta tal-isptarijiet li swiet €11-il miljun u issa l-esperti li kitbuha ma jridux jixhdu fil-Qorti, qed tippretendi li tingħata promozzjoni għal Imħallef.

Informazzjoni li għandha it-Torċa tgħid li numru ta’ Maġistrati kif ukoll membri tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali applikaw biex jimlew wieħed miż-żewġ postijiet ta’ Imħallfin li ħareġ il-Gvern.

L-isem li jispikka f’din il-lista huwa dak ta’ Gabriella Vella, li bil-mod kif mexxiet ­l-inkjesta tal-isptarijiet ressqet lejha kontroversja bla preċedent. Dan meta, fost l-oħrajn, kien hemm leaks persistenti mill-inkjesta suppost sigrieta, irrifjutat li tisma lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat u minflok ordnat tfittxija f’daru. Dan minbarra li l-Maġistrat Vella iffirmat u approvat ħlasijiet ta’ €11-il miljun lil esperti barranin fejn issa saħansitra sar magħruf li l-espert ewlieni Jeremy Harbinson kien qed iżid il-kontijiet u jaqla l-flus minn fuq l-esperti l-oħra. Dan huwa l-istess Harbinson li ma jridx jigi jixhed fil-Qorti filwaqt li esperi oħra qed jitolbu li jitħallsu biex jixdhu. Il-Qorti għandha biss indirizzi fejn tikkuntattja 3 mit-30 espert li ħatret. L-oħrajn ħadd ma jaf fejn jinsabu.

Wara dan kollu, Gabriella Vella issa trid promotion għal Imħallef. Gabriella Vella ma kinitx tefgħet isimha għal sejħiet preċedenti għal Imħallef u it-Torċa kienet digà rraportat li kien intqal li hija ma rieditx iċċedi din l-inkjesta u li wara kellha ssir Imħallef.

Bħalissa fil-Qorti qed issir ħafna spekulazzjoni dwar kif se ssir din l-għażla b’mill-inqas 2 membri tal-Bord tal-Għażla meqjusa qrib ħafna tal-Maġistrat Vella.

Il-proċess għall-ħatra ta’ ġudikant, kemm ta’ Imħallef kif ukoll ta’ Maġistrat, wara li ssir sejħa pubblika, jgħaddi quddiem il-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura. Dan il-Kumitat hu kompost mill-Prim Imħallef, li jippresjedi l-Kumitat, minn żewġ membri eletti minn fost l-imħallfin, minn membru wieħed elett minn fost il-maġistrati, mill-Awditur Ġenerali, mill-Ombudsman u mill-President tal-Kamra tal-Avukati. Il-Kumitat jevalwa l-kandidati kollha eliġibbli u jippreżenta lill-President ta’ Malta lista ta’ tliet ismijiet għal kull kariga vakanti. Id-deċiżjoni finali dwar min għandu jinħatar bħala ġudikant tibqa’ f’idejn il-President.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport