Il-club Tork ta’ Galatasaray qed jittama li jwettaq akkwist doppju mingħand Liverpool FC hekk kif jidher li l-ġranet tal-attakkant Claudio Icardi f’Istanbul huma magħduda.
Fil-fatt id-diriġenti ta’ Galatasaray qed iħarsu lejn il-possibbilta’ li jakkwistaw lill-attakkant Brażiljan Roberto Firmino u l-plejer ta’ nofs il-grawnd minn Guinea Naby Keita. Dan tal-aħħar qed jiġi attirat minn offerti li qed jaslu minn RB Leipzig u Borussia Dortmund.
Galatasaray jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika b’54 punt u għandhom tmien punti vantaġġ fuq Fenerbache.