Galatasaray jinsabu interessati li jiksbu l-firma tal-plejer f’nofs il-grawnd Amerikan Weston McKennie. Dan tal-aħħar kien misluf ma’ Leeds United tul l-istaġun li għadda iżda ma tantx kellu perjodu daqshekk pożittiv hekk kif the Peacocks sfaw relegati għal The Championship.
Min-naħa tagħhom, Juventus mhux beħsiebhom iżommu lil McKennie u qed jisimgħu wkoll b’xi offerti li qed jaslu mill-Ġermanja hekk kif xi klabbs mill-Bundesliga qed jaraw il-progress tal-plejer minn Texas.
Juventus qed jistmaw li Mc Kennie jiswa madwar €35 miljun.