Il-ġganti Torok Galatasaray jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi tad-difensur internazzjonali Slovakk Milan Skriniar. Dan tal-aħħar għandu 29 sena u bħalissa qed jilgħab ma’ Paris St Germain. L-għan tat-tim mit-Turkija hu dak li jieħdu lil Skriniar fuq bażi ta’ self sal-aħħar tal-istaġun.
Skriniar lagħab ma’ Zilina, Zlate Moravce, Sampdoria u Inter. Ma’ Paris St Germain hu lagħab 29 logħba filwaqt li deher 77 darba mat-tim nazzjonali Slovakk u skorja tliet gowls.