Wednesday, December 25, 2024

Galatasaray iridu lill-goalkeeper Dominik Livakovic

Aqra wkoll

Galatasaray qed ifittxu goalkeeper ieħor li jista’ jibdel lil dak regolari Fernando Muslera li issa m’għadux żgħir hekk kif għandu 36 sena.

Għajnejn id-diriġenti Torok marru fuq il-goalkeeper Kroat Dominik Livakovic, li għandu 28 sena u li bħalissa qed jilgħab ma’ Dinamo Zagreb. Dan tal-aħħar kien imfittex sew minn Villareal u kien ferm viċin li jingħaqad magħhom iżda fl-aħħar minuta ddeċieda li jibqa’ jilgħab f’pajjiżu.

Rapporti qed jgħidu li d-destinazzjoni Torka tista’ togħġob lil Livakovic li lagħab 43 partita mat-tim nazzjonali Kroat.

Ekonomija

Sport