Galatasaray għadhom qed jittammaw li jiffirmaw lill-plejer ta’ nofs il-grawnd Franċiż Adrien Rabiot.
Ommu Veronique hi l-aġent tiegħu iżda d-diriġenti Torok qed jgħidu li qed tara xi ftit kbir fejn għandu x’jaqsam prezz minħabba li qed tippretendi €40 miljun għal tliet staġuni.
Min-naħa tagħhom, Galatasaray qed jgħidu li din l-offerta hi ferm eżaġerata meta kellhom f’moħħhom €28 miljun għall-istess perjodu.
Rabiot jinsab bla klabb wara li Juventus ma ġeddewlux il-kuntratt.