Sunday, March 16, 2025

Gallas – Arteta m’għandux il-personalita’ biex imexxi plejers kbar

Aqra wkoll

Fi programm sportiv dwar analiżi tal-Premier League Ingliż, l-eks plejer internazzjonali Franċiż William Gallas qal li l-kowċ ta’ Arsenal Mikel Arteta m’għandux il-personalita’ li jmexxi plejers kbar u xi kultant ikkumplikati bħal Victor Osimhen. Dan tal-aħħar hu msemmi li se jingħaqad ma’ Arsenal fl-istaġun li ġej.

Gallas sostna li Arteta jrid ikollu iktar personalita’ mal-plejers tiegħu għax din hi r-riċetta ta’ tim rebbieħ. Hu ammetta li r-riżultati tal-Gunners mhux daqshekk ħżiena iżda fl-istess waqt Arteta jrid ikun kowċ bħal Sir Alex Ferguson li tant kellu kariżma mal-plejers tiegħu u ma kien iħares lejn wiċċ ħadd.

Arteta għandu 42 sena u ilu jmexxi lil Arsenal sa mis-sena 2019.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport