Monday, February 10, 2025

Gamblu li jinstab fl-ibħra tal-Istati Uniti jinqabad għall-ewwel darba f’Malta

Aqra wkoll

Gamblu li normalment jinstab fl-ibħra tal-Istati Uniti u l-Messiku nqabad għall-ewwel darba fl-ibħra Maltin.

Kienet l-aġenzija governattiva Aquatic Resources Malta li ħabbret dan fuq il-media soċjali.

Il-gamblu huwa magħruf xjentifikament bħala Penaeus aztecus.

Skont dak li nkiteb fuq il-midja soċjali, riċentament invadied iz-zoni tal-lvant u ċ-ċentru tal-Mediterran, fosthom l-Istrett ta’ Sqallija, fejn ix-xjentisti jaħsbu li ġiet introdotta mill-ilma tas-saborra. Dan il-krustaċju jidher simili għall-ispeċi lokali li jismu “Caramote prawn”, iżda m’għandux faxxi ħomor bħall-ispeċi lokali, fost differenzi oħrajn.

Bit-teħid ta’ kampjuni annwali mid-DC-MAP, it-tim tal-’Marine Biology and Research’ fi ħdan l-aġenzija Aquatic Resources Malta (ARM) irrekordjat din l-ispeċi lejn l-aħħar tal-2024 minn kampjuni ta’ sajda tal-parit. Artiklu xjentifiku fuq din l-ispeċi ġie sottomess u aċċettat biex jiġi ppubblikat f’ġurnal rinomat fl-Ewropa.

Il-Aquatic Resources Malta talbet lill-pubbliku biex ma joqgħodux “lura milli jikkuntatjana u jibatilna dettalji meta jiltaqa’ ma’ speċi li m’humiex familjari magħhom. Huwa pjaċir tagħna linistħarrġu l-każijiet li jaslulna, li nwieġbu għall-kurżitajiet u nassistu fl-iskoperi tagħkom!”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport