Ġanni, pensjonant ta’ 80 sena fuq pensjoni minima u martu Gorgina ta’ 76 sena, li wkoll tirċievi pensjoni minima baxxa. Bejniethom se jkollhom żieda fil-pensjoni ta’ €1,040, filwaqt li Gorgina se tgawdi minn żieda fil-bonus addizzjonali għall-għoli tal-ħajja ta’ €58.
It-tnejn se wkoll igawdu minn żieda ta’ €75 sena fl-għotja tal-anzjani u peress li Ġanni se jagħlaq 80 sena l-għotja se tiżdiedlu b’€100 oħra.
B’riżultat tat-titjib li sar fil-qafas tal-Allowance Supplimentari, Ġanni u Ġorġina se jikkwalifikaw għal żieda ta’ €106 u barra minnhekk bejniethom se jirċievu €350 oħra għax se jkollhom żieda ta’ €100 fis-suppliment annwali li jitħallas lill-persuni fl-eta’ ta’ 65 sena u aktar u Ġorġina issa se tibda tibbenefika minn dan is-suppliment għax mis-sena d-dieħla se jibda jitħallas liż-żewġ konjugi, minflok għal persuna waħda kif sar s’issa.
Id-dħul tagħhom se jkompli jiżdied għax mill-ġdid se jibbenefika mill-benefiċċju addizzjonali kontra l-għoli tal-ħajja. Il-pagament tagħhom għal din is-sena ser jiżdied b’€519.
Miġbura flimkien dawn il-pagamenti f’sena se jkattru d-dħul tal-koppja b’madwar €2,322.

