Saturday, August 2, 2025

ĠAPPUNIŻ IWIEĠEB ĦATI LI QATEL IL-QTATES F’TAS-SLIEMA

Aqra wkoll

Satoshi Okamura, Ġappuniż ta’ 31 sena residenti Tas-Sliema wieġeb ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu fosthom li kkawża moħqrija u qtil ta’ annimali. Hu ġie akużat ukoll li rreżista l-arrest u li darab b’mod ħafif uffiċjal tal-Pulizija.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-investigazzjoni kienet ikkonċentrata madwar Tas-Sliema hekk kif il-Pulizija kellha indikazzjoni li l-persuna allegatament involuta, kienet tinsab f’dawk l-akwati.

Kien nhar il-Ġimgħa filgħodu li l-pulizija osservat lil din il-persuna miexja fi Triq Manuel Dimech, Sliema.

Ir-raġel twaqqaf minnufih u minn tfittxija li saret fuqu, instab li kellu par ingwanti tal-latex, simili għal dawk li allegatement intużaw fil-qtil tal-qtates, kif ukoll xi pakketti tal-ikel tal-qtates.

Wara li ġie arrestat, saret tfittxija fir-residenza fejn jgħix, fejn ġew elevati l-ħwejjeġ kollha li ssuspettat kien deher liebes u li nqabad fil-filmati ta’ numru ta’ kameras tas-sigurtà.

Il-każ se jkompli fil-15 ta’ Settembru.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport