Ġappuniż ta’ 31 sena se jkun qiegħed jittressaq il-Qorti b’rabta mal-qtil tal-qtates għall-ħabta tal-10.00am.
Wara jiem ta’ sorveljanza b’rabta mal-investigazzjonijiet dwar qtates li nstabu maqtulin fl-aħħar ġimgħat f’xi lokalitajiet, il-pulizija arrestat is-suspettat ewlieni.
L-investigazzjonijiet kienu kkonċentrati madwar Tas-Sliema, hekk kif il-pulizija kellha indikazzjoni li l-persuna allegatament involuta, kienet tinsab f’dawk l-akwati. Bid-deskrizzjoni tal-persuna f’idejhom, għal xi 3:00 a.m.,, il-pulizija osservat lil din il-persuna miexja fi Triq Manuel Dimech, Sliema.