Saturday, September 20, 2025

Ġappuniża bi ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Ġappuniża ta’ 44 sena residenti Birkirkara, għal xi 7:30 p.m., tal-bieraħ ittieħdet l-Isptar Mater Dei, wara li kienet involut f’inċident tat-traffiku fi Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li Ġermaniż ta’ 44 sena u jgħix San Ġiljan kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Voge 300Rally, tilef il-kontroll u waqa’. Il-mara kienet passiġġiera fuq il-mutur. 

Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku, u l-mara ttieħdet l-isptar b’ambulanza. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport