Il-winger ta’ Real Madrid, Gareth Bale, mistenni jiffirma kuntratt għal żmien qasir ma’ club ġdid dan is-sajf, qabel it-Tazza tad-Dinja tal-Qatar ta’ din is-sena.
Il-player internazzjonali ta’ Wales għen lin-nazzjon tiegħu jilħaq il-finali tal-play-off tat-Tazza tad-Dinja b’żewġ goals kontra l-Awstrija nhar il-Ħamis, filwaqt li se jkun bla kuntratt fil-Bernabeu fi tmiem dan l-istaġun.
Jekk it-team immexxi minn Rob Page jikseb post fit-Tazza tad-Dinja tal-2022 aktar tard din is-sena, Bale jkun irid ikun fl-aqwa forma possibli u biex jagħmel dan x’aktarx ikollu jsib club ġdid fuq bażi ta’ żmien qasir, bil-futur tiegħu mal-Los Blancos meqjus li huwa wieħed ferm inċert.
Huwa mifhum li l-player ta’ 32 sena ġie marbut ma’ ritorn ma’ Tottenham Hotspur, filwaqt li ġie ssuġġerit ukoll li jista’ jingħaqad mal-club ta’ tfulitu Cardiff City għall-bidu tal-istaġun li ġej.
Jidher li Bale se jfittex li jirtira wara t-Tazza tad-Dinja, jekk Wales iridu jikkwalifikaw, iżda jekk jitilfu l-finali kontra l-Iskozja jew l-Ukrajna, jevalwa l-futur tiegħu fix-xhur li ġejjin.
Bale gawda karriera ta’ suċċess fil-Bernabeu, fejn skorja 106 goal f’256 dehra għall-club, waqt li matulha rebaħ 17-il trofew.