Gareth Bale se jkun qed jikkunsidra li jirtira meta jiskadielu l-kuntratt ma’ Real Madrid fis-sajf.
Il-player ta’ 32 sena għal darb’oħra ntlaqat minn injuries dan l-istaġunu għamel biss tliet dehriet fl-istaġun tal-La Liga 2021-22, u skorja goal wieħed biss.
Bale issa daħal fl-aħħar sitt xhur tal-ftehim tiegħu fil-Bernabeu, u m’hemm l-ebda indikazzjoni li l-esperjenza tiegħu fil-kapitali Spanjola se tiġi estiża.
Bale se jagħti konsiderazzjoni serja li jirtira bħala footballer professjonali jekk Wales jonqsu milli jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja ta’ din is-sena fil-Qatar.
Sabiex jikkwalifika għat-tournament permezz tal-playoffs, it-team immexxi minn Rob Page irid l-ewwel jjirbaħ is-semi-finali kontra l-Awstrija qabel ma jiffaċċja l-Iskozja jew l-Ukrajna fl-aħħar ta’ Marzu.
Jekk fl-aħħar mill-aħħar Wales jiksbu post fit-Tazza tad-Dinja, Bale mistenni jfittex li jiffirma kuntratt għal żmien qasir ma’ club barrani ladarba jispiċċa l-ftehim tiegħu ma’ Real Madrid.
L-ex player ta’ Tottenham Hotspur skorja 106 goal u pprovda 67 assist f’254 dehra ma’ Real Madrid, fejn rebaħ erba’ Champions Leagues, żewġ titli tal-La Liga u Copa del Rey minn meta ngħaqad magħhom lura fl-2013.