Saturday, October 12, 2024

Gareth Bale segwit minn Atletico Madrid

Aqra wkoll

Atletico Madrid xeħtu ħarsithom fuq il-winger ta’ Real Madrid, Gareth Bale, biex potenzjalment jakkwistawh bi free transfer, dan is-sajf.

Mhux sigriet li l-internazzjonali Wales se jħalli lill-Bernabeu fi tmiem l-istaġun meta jiskadilu l-kuntratt, biex b’hekk se jkun qed itemm il-perjodu ta’ disa’ snin tiegħu ma’ Los Blancos.

Bale ġie marbut ma’ ċaqliq lura fil-Premier League u ritorn lejn mal-ex club tiegħu Tottenham Hotspur, filwaqt li ġie ssuġġerit ukoll li jista’ jingħaqad mal-club ta’ żgħżitu Cardiff City hekk kif qed ifittex li jibqa’ f’saħħtu qabel il-kampanja potenzjali ta’ Wales fit-Tazza tad-Dinja fil-Qatar fi tmiem din is-sena.

Jifher li Bale jinsab flimkien ma’ Nabil Fekir u David Garcia fil-lista mqassra ta’ Diego Simeone għat-tieqa tat-trasferimenti li jmiss, iżda tal-ewwel hija l-għażla l-aktar riskjuża meta wieħed iqis l-ammont ta’ snin li lagħab għan-nofs l-ieħor tal-kapitali Spanjola.

Il-ġimgħa li għaddiet, kien irrappurtat li Atletico se jkunu qed jiffaċċjaw kompetizzjoni minn Barcelona wkoll għall-firma ta’ Bale, filwaqt li l-player ta’ 32 sena ġie wkoll marbut ma’ ċaqliq mal-club mill-MLS, DC United.

Matul il-karriera tiegħu ma’ Real Madrid, Bale skorja 106 goal u pprovda 67 assist f’258 dehra għall-club.

Sport