Il-manager tal-Ingilterra, Gareth Southgate, għażel l-iskwadra ta’ 26 players għat-Tazza tad-Dinja li se tibda fi ftit ġranet oħra.
Players li ġew inklużi u meqjusa bħala sorpriża huma l-midfielder ta’ Leicester, James Maddison, lid-difensuri Kyle Walker (Man City) u Ben White (Arsena), u lill-attakkanti Marcus Rashford (Man Utd) u Callum Wilson (Newcastle).
Iżda d-difensur ċentrali ta’ Milan, Fikayo Tomori, l-attakkant ta’ Brentford Ivan Toney u l-attakkant ta’ West Ham Jarrod Bowen, baqgħu barra.
L-Ingilterra tiffaċċja l-Iran fl-ewwel partita tagħhom, fil-21 ta’ Novembru. Il-grupp jinkludi wkoll lil Wales u l-Istati Uniti.
L-iskwadra msejħa hija:
Goalkeepers: Jordan Pickford (Everton), Nick Pope (Newcastle), Aaron Ramsdale (Arsenal)
Difensuri: Harry Maguire (Man Utd), Luke Shaw (Man Utd), Eric Dier (Tottenham), John Stones (Man City), Kyle Walker (Man City), Kieran Trippier (Newcastle), Conor Coady (Everton), Ben White (Arsenal), Trent Alexander-Arnold (Liverpool)
Midfielders: Jude Bellingham (Borussia D.), Mason Mount (Chelsea), Conor Gallagher (Chelsea), Declan Rice (West Ham), Jordan Henderson (Liverpool), Kalvin Phillips (Man City)
Forwards: James Maddison (Leicester), Phil Foden (Man City), Jack Grealish (Man City), Harry Kane (Tottenham), Bukayo Saka (Arsenal), Raheem Sterling (Chelsea), Callum Wilson (Newcastle), Marcus Rashford (Man Utd)