Friday, October 25, 2024

Gareth Southgate kowċ ta’ Crystal Palace?

Aqra wkoll

L-eks kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż Gareth Southgate qed jissemma’ bħala kandidat li jieħu post Oliver Glasner fit-tmexxija ta’ Crystal Palace. Dawn tal-aħħar xejn m’huma sejrin tajjeb fil-kampjonat Premier Ingliż meta kisbu biss tliet punti minn tmien logħbiet. Huma għandhom ukoll l-agħar attakk tal-istaġun meta skorjaw biss ħames logħbiet.

Southgate spiċċa mnn kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż fis-sajf li għadda u minn dakinhar ‘l hawn kien qed jissemma’ li jieħu r-riedni ta’ Manchester United. Fil-passat hu mexxa wkoll lil Middlesbrough.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport