L-eks plejer internazzjonali Ingliż, Gary Neville ġie inkluż fil-Premier League Hall of Fame, bħala rikonoxximent għall-karriera brillanti tiegħu li fiha rebaħ tmien titli tal-Premier League u għamel 400 dehra ma’ Manchester United.
Neville, li għandu 50 sena, sar il-25 plejer li jirċievi dan l-unur sa minn meta twaqqaf il-Hall of Fame fl-2021. Huwa qatta’ l-karriera kollha tiegħu mal-United, bħala parti mill-‘Class of ’92’, u rebaħ ukoll tliet FA Cups u żewġ UEFA Champions Leagues, inkluż it-treble storiku tal-1999.

